![]() |
|
Merħba f'din il-Website | |
![]() |
|
"L-AKBAR IMHABBA" WIRJA 26, CAPPADOCIA STREET QORMI Wara sentejn ma ssirx din is-sena l-Wirja ser terġa' tittella' Il-Wirja ser tkun miftuħha mis-7 t' April sad-19 t' April 2025 SIBTIJIET U ĦDUD: mid-9:00 a.m sa 12:00p.m. u mill-5:00p.m. sat-8:00p.m. IL-ĠIMGĦA 11 t' April 2025 (Jum id-Duluri) mid-9:00 a.m sa 12:00p.m u mill-5:00p.m. sad-9:00p.m. ĦAMIS IX-XIRKA: mid-9:00 a.m sa 12:00p.m. u mill-5:00p.m. sal-11:00p.m. IL-ĠIMGĦA l-KBIRA (JUM L-AKBAR IMĦABBA): mis-7:00a.m sa 12:00p.m. u mit-3:30p.m. sal-10:00p.m. SIBT IL-GĦID: mid-9:00am sa 12:00pm GĦALL-APPUNTAMENT F'ĦIN IEĦOR ĊEMPEL FUQ 79388574
|
|
Insellmilkom, Għal darba oħra erġajna qegħdin fir-Randan Imqaddes u għalhekk mill-ġdid qed nerġa' niltaqa' magħkom permezz ta' dan il-ħsieb f'din il-Website. Iż-żmien tar-Randan Imqaddes m'huwiex biss żmien ta' sagrifiċċju biex fih nippreparaw ruħna kif jixraq għall-Għid il-Kbir, iżda huwa wkoll żmien li fih naħsbu u nirriflettu aktar kemm ħabbna l-Mulej. Biex tkompli ddaħħalna fl-ispirtu ta' dan iż-żmien u tgħina nirriflettu aktar fuq l-Akbar Imħabba li biha ħabbna Alla l-Missier qiegħed nerġa' ntella' Wirja tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-Mewt ta' Sidna Ġesu' Kristu bl-isem ta' "l-Ikbar Imħabba" li tikkonsisti mhux biss fi' Statwi imma wkoll f'diversi simboli konnessi ma' dan iż-żmien qaddis. Din il-Wirja għandha tgħina wkoll nidħlu aktar fl-ispirtu ta' dan iż-żmien ta' riflessjoni aktar mis-soltu dwar din l-imħabba kbira li biha ħabbna Alla li bagħat lill-ibnu l-waħdieni biex jieħu l-Mewt għalina biex isalvana mid-dnub. Għax biex jinħafer id-dnub tad-dinja w aħna niġu mifdija mid-dnub, Ġesu' Kristu tant ħabbna li ried jagħmel ir-rieda ta' Alla l-Missier u jieħu l-mewt l-iżjed ħarxa l-Mewt tas-Salib. Nawgura l-Għid it-tajjeb lil kulhadd
|
|